Monday, April 27, 2009

MANUNTENZJONI FIL-KNISJA


MANUNTENZJONI FIL-KNISJA

Fil-bullettin ta' din il-ġimgħa tħabbar li bħal issa għadejja manuntenzjoni wara l-artal maġġur, fil-parti tan-naħa tat-titular. Fil-fatt, it-titular tneħħa biex ma ssirlux ħsara.
Il-ġimgħa l-oħra, kemm dan it-titular, kif ukoll l-istatwa ta' San Pawl, ittieħdu fil-belt il-qadima tal-Imdina, f’waħda mill-kappelli ta' ġewwa s-swar, biex ikunu parti minn esibizzjoni ta’ statwi u inkwadri ta' San Pawl, mill-gżira ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina. Ko-ordinatur ta' din il-wirja kien is-Sur George Cassar.
Jien inzertajt hemm, preżenti, waqt attivita` li saret hemm fl-okkażjoni ta' 'Medieval Imdina', u gbidt dawn ir-ritratti ghal dan is-sit.
Illum, kemm l-inkwadru, kif ukoll l-istatwa, jinsabu lura fil-knisja ta' Marsalforn fejn wieħed seta' jarahom sewwa, fl-okkażjioni tal-lejla, JUM MARSALFORN.

Ara r-ritratti. SAN PAWL TA' MARSALFORN MAR SAL-IMDINA